Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Organizzati Biex Nippritkaw lil Kulħadd

Organizzati Biex Nippritkaw lil Kulħadd

Bħalma Ġeħova organizza lill-​Iżraelin, hekk ukoll illum hu jorganizza lill-​poplu tiegħu biex jagħmlu r-​rieda tiegħu. Madwar id-​dinja, l-​uffiċċji tal-​fergħa, is-​circuits, il-​kongregazzjonijiet, u l-​gruppi tas-​servizz tal-​għalqa jaħdmu flimkien biex tiġi pritkata l-​aħbar tajba. Aħna nippritkaw lil kulħadd, anke lil dawk li jitkellmu b’lingwa differenti.—Ri 14:6, 7.

Qatt ħsibt biex titgħallem lingwa oħra ħalli tgħin lil xi ħadd jitgħallem il-​verità? Anke jekk m’għandekx il-​ħin biex titgħallem lingwa ġdida, int tistaʼ tuża l-​app tal-​JW Language biex titgħallem preżentazzjoni faċli. Imbagħad, meta tużaha fil-​ministeru, int tistaʼ tħossok bħall-​Kristjani fl-​ewwel seklu. Huma kienu ferħanin ħafna meta nies minn pajjiżi oħrajn stagħġbu meta semgħu “l-​affarijiet grandjużi t’Alla” bil-​lingwa tagħhom.—At 2:7-11.

ARA L-​VIDJOW SIR ĦABIB TAʼ ĠEĦOVA—IPPRIETKA B’LINGWA BARRANIJA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Meta tistaʼ tuża l-​app tal-​JW Language?

  • X’inhuma xi ftit mill-​affarijiet li fiha?

  • Nies taʼ kull lingwa għandhom bżonn jisimgħu l-aħbar tajba

    Liema lingwi jitkellmu n-​nies fit-​territorju tiegħek?

  • X’għandek tagħmel jekk xi ħadd jinteressa ruħu fil-​messaġġ tas-​Saltna u jitkellem b’lingwa oħra?—od 100-​101 ¶39-​41