Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġenituri, Għallmu lit-Tfal Tagħkom Dak li Għandhom Bżonn Ikunu Jafu

Ġenituri, Għallmu lit-Tfal Tagħkom Dak li Għandhom Bżonn Ikunu Jafu

Aħna ngħixu f’dinja li ġġegħelna naħsbu li t-​tajjeb hu ħażin u li l-​ħażin hu tajjeb. (Is 5:20) B’dispjaċir, xi nies jagħmlu affarijiet li Ġeħova jobgħod, inkluż imġiba mhix xierqa bejn persuni tal-​istess sess. It-​tfal tal-​iskola jew oħrajn għandhom mnejn iħajru lit-​tfal prezzjużi tagħna biex jagħmlu bħalhom. Biex uliedek jiffaċċjaw dan it-​test u oħrajn simili b’suċċess, kif tistaʼ tippreparahom?

Għallmu lit-​tfal tagħkom dwar dak li jogħġob lil Ġeħova. (Le 18:3) Bil-​mod il-​mod urihom x’tgħid il-​Bibbja dwar is-​sess. Dak li tgħidilhom jiddependi mill-​età tagħhom u kemm jistgħu jifhmu. (Dt 6:7) Saqsi lilek innifsek: ‘Għallimthom lit-​tfal tiegħi x’inhi affezzjoni xierqa, kemm hu importanti li nilbsu modest, u dwar il-​bżonn li oħrajn jirrispettaw il-​privatezza tat-​tfal tiegħi? It-​tfal tiegħi jafu x’għandhom jagħmlu jekk xi ħadd jipprova jurihom il-​pornografija jew jekk jgħidilhom jagħmlu xi ħaġa li Ġeħova jgħid li hi ħażina?’ Li jkunu jafu minn qabel jistaʼ jgħinhom jevitaw ħafna problemi. (Pr 27:12; Ek 7:12) Meta tgħallem lit-​tfal tiegħek, int tkun qed turi li tħobb il-​wirt prezzjuż tiegħek mingħand Ġeħova.—Sa 127:3.

ARA L-​VIDJOW IBNI DAR SODA—IPPROTEĠI LIL ULIEDEK MINN “DAK LI HU ĦAŻIN,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi wħud għala jsibuha diffiċli biex jgħallmu lil uliedhom dwar is-​sess?

  • Il-​ġenituri għala għandhom iħarrġu lit-​tfal tagħhom “fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova”?—Ef 6:4

  • Li tkun taf hu taʼ protezzjoni

    L-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova xi pprovdiet biex tgħin lill-​ġenituri jgħallmu lil uliedhom dwar is-​sess?—w19.05 12, kaxxa

  • Għala għandek tikkomunika b’mod regulari mat-​tfal tiegħek qabel ikollhom problemi serji?