GĦIX BĦALA KRISTJAN
Il-Ħolqien Isaħħaħ il-Fiduċja Tagħna fl-Għerf taʼ Ġeħova
Ġeħova dejjem ikun jaf x’inhu l-aħjar għalina? Dażgur! La nemmnu dan, inkunu qed nuru l-għerf meta nsegwu d-direzzjoni tiegħu. (Pr 16:3, 9) Madankollu, meta l-gwida t’Alla tkun differenti minn dak li naħsbu aħna, il-fiduċja tagħna fiha tistaʼ tgħaddi minn prova. Aħna nistgħu nsaħħu l-fiduċja tagħna fl-għerf taʼ Ġeħova billi nimmeditaw fuq il-ħolqien tiegħu.—Pr 30:24, 25; Rum 1:20.
ARA L-VIDJOW ĠIET DISINJATA? IN-NEMLA KIF TEVITA LI TEĦEL FIT-TRAFFIKU? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
X’inhi r-rutina taʼ kuljum tal-biċċa l-kbira tan-nemel?
-
In-nemel kif jevita li jeħel fit-traffiku?
-
In-nies x’jistgħu jitgħallmu minn kif in-nemel imur minn post għall-ieħor?
ARA L-VIDJOW ĠIET DISINJATA? L-ABBILTÀ TAN-NAĦLA BAGĦLIJA BIEX ITTIR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
In-nies xi sfidi jiffaċċjaw meta jsuqu ajruplani żgħar?
-
In-naħla bagħlija kif iżżomm l-istabbilità tagħha meta ttir?
-
In-nies kif jistgħu jibbenefikaw mill-għerf li n-naħla bagħlija għandha fl-istint tagħha?
Liema evidenza tal-għerf taʼ Ġeħova rajt fil-ħolqien fejn tgħix int?