GĦIX BĦALA KRISTJAN
Żgħażagħ—Iftħu Qalbkom mal-Ġenituri Tagħkom
Għala għandek tipprova taqsam il-ħsibijiet tiegħek bil-miftuħ mal-ġenituri? (Pr 23:26) Għax Ġeħova tahom ir-responsabbiltà biex jieħdu ħsiebek u jiggwidawk. (Sa 127:3, 4) Ikun diffiċli għalihom biex jgħinuk jekk iżżomm il-ħsibijiet tiegħek moħbijin minnhom. Ukoll, m’intix se titgħallem mill-esperjenza li akkwistaw huma mill-ħajja. Huwa ħażin li żżomm xi ħsibijiet għalik? Mhux bilfors—sakemm ma tkunx qed turi wiċċ b’ieħor.—Pr 3:32.
Kif tistaʼ tkellem lill-ġenituri tiegħek? Ipprova agħżel ħin li jkun tajjeb kemm għalik kif ukoll għalihom. Jekk din hi problema, tistaʼ tikteb ittra lil xi ħadd minnhom biex tgħidlu kif tħossok. Xi ngħidu jekk ikunu jridu jitkellmu dwar suġġett li tippreferi li ma tiddiskutix? Ftakar li huma verament iridu jgħinuk. Qis lill-ġenituri tiegħek bħala ħbieb u mhux għedewwa. L-isforz li tagħmel biex tikkomunika bil-miftuħ mal-ġenituri se jkun taʼ benefiċċju għalik tul ħajtek kollha—il-ħajja taʼ dejjem!—Pr 4:10-12.
ARA L-VIDJOW ĦAJJA TAʼ TEENAGER—KIF NISTAʼ NITKELLEM MAL-ĠENITURI TIEGĦI? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Esther u Partik xi rrealizzaw dwarhom infushom?
-
X’tistaʼ titgħallem mill-eżempju taʼ Ġesù?
-
Il-ġenituri tiegħek kif urew li jimpurtahom minnek?
-
Liema prinċipji Bibliċi jistgħu jgħinuk biex tkellem lill-ġenituri tiegħek?