Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Agħmel Miri għaż-Żmien tat-Tifkira

Agħmel Miri għaż-Żmien tat-Tifkira

Kull sena, in-nies taʼ Ġeħova jħarsu ’l quddiem biex josservaw it-Tifkira flimkien. Matul il-ġimgħat taʼ qabel u wara t-Tifkira, aħna nieħdu vantaġġ minn opportunitajiet speċjali biex infaħħru u nirringrazzjaw lil Ġeħova għar-rigal tal-fidwa. (Ef 1:3, 7) Pereżempju, naħdmu iebes biex nistiednu lil oħrajn għat-Tifkira. Xi wħud jirnexxilhom jagħmlu aġġustamenti biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier awżiljarju taʼ 30 jew 50 siegħa matul ix-xhur taʼ Marzu jew April. Tixtieq iżżid il-ħin tiegħek fil-ministeru matul iż-żmien tat-Tifkira? X’jistaʼ jgħinek tagħmel dan?

Ħafna drabi jirnexxilna iżjed meta nippjanaw bil-quddiem. (Pr 21:5) Peress li dalwaqt jasal żmien it-Tifkira, issa huwa l-waqt li tibda tippjana. Aħseb dwar kif tixtieq tkabbar il-ministeru tiegħek matul iż-żmien tat-Tifkira, u dwar xi trid tagħmel biex tilħaq il-miri tiegħek. Imbagħad itlob lil Ġeħova biex ibierek l-isforzi tiegħek.—1Ġw 5:14, 15.

Tistaʼ taħseb f’xi modi kif tistaʼ tkabbar il-ministeru tiegħek matul żmien it-Tifkira?