GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ipprova Tgħallem Kif Jaħseb Ġeħova
Aħna rridu nogħġbu lil Ġeħova f’dak kollu li nagħmlu. (Pr 27:11) Biex nagħmlu dan, irridu nieħdu deċiżjonijiet fi qbil mal-ħsibijiet tiegħu, anke meta ma jkunx hemm liġi jew kmand speċifiku biex jiggwidana. X’jistaʼ jgħinna nagħmlu dan?
Żomm rutina regulari taʼ studju tal-Bibbja. Kull darba li naqraw il-Bibbja, ikun bħallikieku qed inqattgħu l-ħin maʼ Ġeħova. Nistgħu nitgħallmu dwar il-mod kif jaħseb Ġeħova billi nosservaw kif hu ttratta man-nies tiegħu. Dan nagħmluh billi neżaminaw l-eżempji taʼ dawk li għamlu t-tajjeb jew il-ħażin f’għajnejh. Meta nkunu rridu nieħdu deċiżjoni, l-ispirtu qaddis jistaʼ jfakkarna lezzjonijiet u prinċipji importanti li tgħallimna mill-Kelma t’Alla.—Ġw 14:26.
Agħmel riċerka. Meta jkollok deċiżjoni x’tieħu, staqsi lilek innifsek, ‘Liema versi jew rakkonti mill-Bibbja jistgħu jgħinuni nifhem kif Ġeħova jħossu dwar il-kwistjoni?’ Itlob għall-għajnuna taʼ Ġeħova u uża l-għodod teokratiċi tar-riċerka disponibbli fil-lingwa tiegħek biex jgħinuk issib u tapplika prinċipji tal-Bibbja li ħa jgħinuk fis-sitwazzjoni tiegħek.—Sa 25:4.
ARA L-VIDJOW GĦANDNA “NIĠRU BIS-SABAR”—KUL IKEL BNIN, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
L-oħt żagħżugħa fil-vidjow xi pressjonijiet iffaċċjat?
-
Kif tistaʼ tuża l-għodod tar-riċerka biex jgħinuk tittratta maʼ pressjonijiet simili?
-
Meta nieħdu l-ħin biex nagħmlu riċerka u studju personali biex jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet tajbin kif nibbenefikaw?—Eb 5:13, 14