GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika
Għala għandek tipprepara? Emerġenzi mediċi jistgħu jiġu fuqek ħabta u sabta jew ikollok bżonn tidħol l-isptar mingħajr ma tkun qed tistenna. Għalhekk, qabel ma tinqalaʼ emerġenza, agħmel dak kollu li tistaʼ biex tipprepara ħalli tirċievi l-aħjar għajnuna medika possibbli jekk dan jiġri. Jekk tagħmel dan, tkun qed tirrispetta l-ħajja u l-liġi taʼ Ġeħova dwar id-demm.—At 15:28, 29.
X’tistaʼ tagħmel biex tipprepara?
-
Itlob u imla sew il-kard Direttiva Medika bil-Quddiem (DPA). a Pubblikaturi mgħammdin jistgħu jakkwistaw din il-kard mingħand il-qaddej tal-letteratura kif ukoll Karta tal-Identità (ic) għat-tfal minuri tagħhom
-
Jekk int mara li qed tistenna tarbija, trid titlob kopja tad-dokument Informazzjoni għal Ommijiet li Qed Jistennew Tarbija (S-401) mingħand l-anzjani. Dan id-dokument se jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin dwar kwistjonijiet mediċi li jistgħu jinqalgħu matul it-tqala u t-twelid
-
Jekk ikollok bżonn proċedura medika li tistaʼ tinvolvi l-kwistjoni tad-demm jew ikollok bżonn tidħol l-isptar, informa lill-anzjani tiegħek bil-quddiem u informa lill-isptar li tieħu pjaċir bi żjara mingħand ministru tax-Xhieda taʼ Ġeħova
L-anzjani kif jistgħu jgħinuk? Jistgħu jgħinuk timla d-DPA kard. Madankollu, l-anzjani mhux se jieħdu deċiżjonijiet mediċi għalik jew jesprimu l-opinjoni personali tagħhom fuq kwistjonijiet taʼ għażla personali. (Rum 14:12; Ga 6:5) Meta tinforma lill-anzjani lokali li qed tiffaċċja sitwazzjoni medika li tistaʼ tinvolvi d-demm, huma mill-ewwel se jikkuntattjaw lill-Kumitat taʼ Koordinazzjoni mal-Isptarijiet (HLC) għalik.
L-HLC kif jistaʼ jgħin? Aħwa rġiel li jaqdu fl-HLC huma mħarrġin biex jgħinu lin-nies kwalifikati fil-mediċina u lill-avukati jifhmu l-qagħda reliġjuża tagħna dwar id-demm. Huma jistgħu jiddiskutu strateġiji għal trattamenti mediċi biex jiġu evitati t-trasfużjonijiet tad-demm maʼ dak li se jtik l-għajnuna medika. Jekk ikun hemm bżonn, huma jistgħu jgħinuk issib tabib li jikkoopera.
ARA L-VIDJOW DEĊIŻJONIJIET TAʼ SAĦĦA DWAR ID-DEMM, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:
-
Minn dan il-vidjow x’tgħallimt li jistaʼ jgħinek tkun preparat għal emerġenza medika li tinvolvi d-demm?
a Lezzjoni 39 tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! tistaʼ tgħinek biex tieħu deċiżjonijiet mediċi li jinvolvu l-użu tad-demm.