GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġeħova Jgħinna Nissaportu l-Provi Tagħna
Matul dawn l-aħħar jiem, aħna nesperjenzaw ħafna provi diffiċli. Xi kultant, forsi nħossu li l-provi tagħna huma diffiċli wisq biex nissaportuhom. Madankollu, jekk inkomplu nersqu qrib lejn Ġeħova, hu se jgħinna nissaportu anke l-iktar provi taʼ qsim il-qalb. (Is 43:2, 4) Kif nistgħu nersqu qrib lejn Ġeħova meta ngħaddu mill-provi?
Talb. Meta niftħu qalbna maʼ Ġeħova, hu jagħtina l-paċi u s-saħħa emozzjonali biex nissaportu.—Flp 4:6, 7; 1Te 5:17.
Laqgħat. Iktar minn qatt qabel, għandna bżonn l-ikel spiritwali u l-assoċjazzjoni li Ġeħova jipprovdi fil-laqgħat tagħna. (Eb 10:24, 25) Meta nippreparaw għal-laqgħat, nattenduhom, u nipparteċipaw fihom, aħna nkunu qed nieħdu vantaġġ sħiħ mill-għajnuna tal-ispirtu taʼ Ġeħova.—Ri 2:29.
Ministeru. Se nsibuha iktar faċli biex niffokaw fuq affarijiet pożittivi jekk nagħmlu kull ma nistgħu biex nibqgħu attivi fil-ministeru. Ukoll, se nsaħħu l-ħbiberiji tagħna maʼ Ġeħova u sħabna fit-twemmin.—1Ko 3:5-10.
ARA L-VIDJOW ĠEĦOVA SE JIEĦU ĦSIEBEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
X’għen lil Malu tibqaʼ qrib taʼ Ġeħova matul l-isfidi tagħha?
-
Bħal Malu, il-kliem li nsibu f’Salm 34:18 kif jistaʼ jfarraġna matul l-isfidi tagħna?
-
L-esperjenza taʼ Malu kif turina li Ġeħova jagħti “qawwa iktar min-normal” meta nesperjenzaw l-isfidi?—2Ko 4:7