27 taʼ Jannar–2 taʼ Frar
SALMI 140-143
Għanja 44 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Agħmel Dak Kollu li Tistaʼ Wara li Titlob għall-Għajnuna
(10 min.)
Kun lest li taċċetta parir jew li oħrajn jikkoreġuk (Sa 141:5; w22.02 12 ¶13-14)
Immedita fuq dak li għamel Ġeħova biex jgħin lilna u lin-nies tiegħu fil-passat (Sa 143:5; w10 3/15 32 ¶4)
Ipprova ara l-affarijiet kif jarahom Ġeħova (Sa 143:10; w15 3/15 32 ¶2)
Salmi 140-143 ma fihomx biss it-talb li David talab għall-għajnuna imma fihom naraw ukoll li David għamel dak li setaʼ wara li talab.
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Sa 140:3—David għala qabbel l-ilsien taʼ rġiel ħżiena mal-ilsien tas-serp? (it-2 1151)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Sa 141:1-10 (th studju 12)
4. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Ibda tkellem dwar suġġett fuq il-Bibbja wara li tkun għent lill-persuna b’mod prattiku. (lmd lezzjoni 3 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(3 min.) F’POST PUBBLIKU. Il-persuna tgħidlek li għandha x’tagħmel. (lmd lezzjoni 7 punt 3)
6. Spjega Dak li Temmen
(5 min.) Turija. ijwfq artiklu 21—Tema: Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiħdux Demm? (th studju 7)
Għanja 141
7. Kun Preparat għal Sitwazzjonijiet li Fihom Ikollok Bżonn Għajnuna Medika Jew Operazzjoni
(15 min.) Diskussjoni.
Ġeħova jwegħedna li “hu dejjem jgħinna fi żmien taʼ inkwiet.” (Sa 46:1) Sitwazzjonijiet li fihom ikollna bżonn għajnuna medika jew operazzjoni spiss jagħmluna anzjużi. Imma Ġeħova jagħtina dak li għandna bżonn biex inkunu preparati meta jinqalgħu sitwazzjonijiet bħal dawn. Pereżempju, l-organizzazzjoni tiegħu pprovditilna d-direttiva medika bil-quddiem (DPA), il-Karta tal-Identità, a dokumenti b’informazzjoni medika b oħra, u l-Kumitati taʼ Koordinazzjoni mal-Isptarijiet (HLC). Dawn id-dokumenti u l-HLC jgħinuna biex nobdu l-liġi t’Alla dwar id-demm.—At 15:28, 29.
Uri l-VIDJOW Int Preparat Jekk Tinqalaʼ Sitwazzjoni Medika? Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Xi wħud kif ibbenefikaw minħabba li mlew id-DPA?
-
Id-dokument Informazzjoni għal Ommijiet li Qed Jistennew Tarbija (S-401) kif għen lil xi wħud?
-
Għala hu importanti li tikkuntattja l-HLC mill-ewwel meta tkun taf li se jżommuk l-isptar, ikollok bżonn operazzjoni, jew trattament mediku, bħal pereżempju kura għall-kanċer, anki jekk is-sitwazzjoni turi li mhux se jkollok bżonn tieħu demm?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 21 ¶14-22
Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | u Talba
a Pubblikaturi mgħammdin jistgħu jġibu d-DPA u l-Karta tal-Identità għat-tfal li huma taħt l-età mingħand il-ħu li jieħu ħsieb il-letteratura.
b Id-dokumenti Informazzjoni għal Ommijiet li Qed Jistennew Tarbija (S-401), Informazzjoni għal Pazjenti li Għandhom Bżonn Operazzjoni jew Kemoterapija (S-407), u Kif il-Ġenituri Jistgħu Jipproteġu lil Uliedhom mill-Użu Ħażin tad-Demm (S-55), tistaʼ titlobhom lill-anzjani meta jkollok bżonnhom.