Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

6-12 taʼ Jannar

SALMI 127-134

6-12 taʼ Jannar

Għanja 134 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Ġenituri—Komplu Ħudu Ħsieb il-Wirt Prezzjuż Tagħkom

(10 min.)

Il-ġenituri jistgħu jkunu ċerti li Ġeħova se jgħinhom jieħdu ħsieb il-familja (Sa 127:​1, 2)

It-tfal huma rigal prezzjuż mingħand Ġeħova (Sa 127:3; w21.08 5 ¶9)

Għallmu lit-tfal skont il-bżonn individwali tagħhom (Sa 127:4; w19.12 27 ¶20)

Ġeħova japprezza meta l-ġenituri jistrieħu fuqu u jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 128:3—Is-salmista għala qabbel lit-tfal mal-friegħi tas-siġra taż-żebbuġ, jew xitel taż-żebbuġ? (w00 5/15 27 ¶3-5)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. (lmd lezzjoni 1 punt 3)

5. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Il-persuna temmen f’xi ħaġa li tmur kontra dak li tgħid il-Bibbja. (lmd lezzjoni 5 punt 4)

6. Agħmel Dixxipli

(5 min.) lff lezzjoni 16 punti 4-5. Tkellem mal-istudent tiegħek dwar l-arranġamenti li għamilt biex xorta jagħmel l-istudju avolja int ma tistax. (lmd lezzjoni 10 punt 4)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 13

7. Ġenituri—Qegħdin Tużaw Din l-Għodda Effettiva?

(15 min.) Diskussjoni.

L-organizzazzjoni taʼ Ġeħova ħarġet ħafna materjal biex tgħin lill-ġenituri jgħallmu lit-tfal tagħhom. Imma waħda mill-iktar għodod effettivi li għandhom il-ġenituri hi l-eżempju tajjeb tagħhom.—Dt 6:​5-9.

Ġesù użaha din l-għodda effettiva biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu.

Aqra Ġwanni 13:​13-15. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Il-fatt li Ġesù għallem bl-eżempju, għala taħseb li kien effettiv?

Bħala ġenitur, b’dak li tagħmel tistaʼ turi lit-tfal tiegħek li dak li tgħidilhom hu għall-ġid tagħhom. Ukoll, meta tkun taʼ eżempju tajjeb għat-tfal tiegħek, huma se jkunu iktar lesti li jisimgħuk u jobduk.

Uri l-VIDJOW Għallimna t-Tfal bl-Eżempju Tagħna. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Ħuna u Oħtna Garcia x’lezzjonijiet importanti għallmu lit-tfal tagħhom?

  • Dan il-vidjow kif jimmotivak tkompli tkun taʼ eżempju tajjeb għat-tfal tiegħek?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) bt kap. 20 ¶13-20

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 73 u Talba