Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

20-26 taʼ Jannar

SALMI 138-139

20-26 taʼ Jannar

Għanja 93 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Tħallix il-Biżaʼ Żżommok Lura

(10 min.)

Aħna nixtiequ nfaħħru lil Ġeħova b’qalbna kollha (Sa 138:1)

Meta tibżaʼ twieġeb fil-laqgħa, strieħ fuq Ġeħova għall-għajnuna (Sa 138:3)

Li tibżaʼ jistaʼ jkun sinjal tajjeb (Sa 138:6; w19.01 10 ¶10)

SUĠĠERIMENT: Jekk tagħmel kummenti qosra se jgħinek tibżaʼ inqas.—w23.04 21 ¶7.

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 139:​21, 22—Alla jistenna li bħala Kristjani naħfru lil kulħadd? (ijwbq 95 ¶6)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) F’POST PUBBLIKU. (lmd lezzjoni 2 punt 3)

5. Agħmel Dixxipli

(4 min.) F’POST PUBBLIKU. Offri u uri kif isir studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 10 punt 3)

6. Taħdita

(5 min.) ijwyp artiklu 105—Tema: Kif Nistaʼ Negħleb il-Mistħija? (th studju 16)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 59

7. Int Tistaʼ Tieħu Pjaċir fl-Ippritkar Avolja Tistħi

(15 min.) Diskussjoni.

Int tistħi? Tippreferi li ma jkollokx ħafna attenzjoni fuqek? Il-ħsieb li titkellem m’oħrajn jagħmlek anzjuż? Kultant, il-mistħija tistaʼ żżommna lura milli nagħmlu affarijiet li nkunu nixtiequ. Però, ħafna li kienu jistħu rnexxielhom jitkellmu m’oħrajn dwar il-Bibbja u ħadu pjaċir. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tagħhom?

Uri l-VIDJOW Nagħti l-Aħjar Tiegħi Avolja Nistħi. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Oħtna Lee kif ibbenefikat għax applikat il-parir tan-nanna biex “tagħmel dak kollu li tistaʼ għal Ġeħova”?

Il-Bibbja turi li Mosè, Ġeremija, u Timotju jistaʼ jkun li kienu jistħu. (Eżo 3:11; 4:10; Ġer 1:​6-8; 1Ti 4:12) Imma huma xorta rnexxielhom jagħmlu affarijiet kbar għal Ġeħova għax hu kien għenhom. (Eżo 4:12; Ġer 20:11; 2Ti 1:​6-8)

Aqra Isaija 43:​1, 2. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Ġeħova xi jwegħedhom lil dawk li jaqduh?

Ġeħova kif jistaʼ jgħin lil dawk li jistħu jirnexxu fix-xogħol tiegħu?

Uri l-VIDJOW Kif il-Magħmudija Tiegħek Twassal għal Iktar Ferħ—Parti mill-Vidjow. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Oħtna Jackson kif ħasset l-għajnuna u l-qawwa taʼ Ġeħova fuq is-service?

  • Is-service kif jistaʼ jgħin persuna li tkun tistħi?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 151 u Talba