Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

24 taʼ Frar–2 taʼ Marzu

PROVERBJI 2

24 taʼ Frar–2 taʼ Marzu

Għanja 35 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Għala Tieħdu bis-Serjetà l-Istudju Personali?

(10 min.)

Biex turi li l-verità hi prezzjuża għalik (Pr 2:​3, 4; w22.08 19 ¶16)

Biex jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin (Pr 2:​5-7; w22.10 19 ¶3-4)

Biex issaħħaħ il-fidi tiegħek (Pr 2:​11, 12; w16.09 20-21 ¶2-3)

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Kif nistaʼ ntejjeb l-iskeda tal-istudju personali tiegħi?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Pr 2:​1-5—Għala għandek tkompli titgħallem dwar Ġeħova? (bhs 199 10)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri lil persuna kif issib informazzjoni li hi t’għajnuna għal koppji miżżewġin fuq jw.org. (lmd lezzjoni 1 punt 3)

5. Kompli Ibni l-Interess

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri rivista dwar suġġett li l-persuna kienet interessata fih l-aħħar li tkellimt magħha. (lmd lezzjoni 9 punt 3)

6. Taħdita

(5 min.) lmd appendiċi A punt 8—Tema: Raġel u Mara Miżżewġin Għandhom Ikunu Leali Lejn Xulxin. (th studju 13)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 96

7. Titħajjar Tfittex għal Teżor Moħbi?

(15 min.) Diskussjoni.

Tfal u żgħażagħ, togħġobkom l-idea li tfittxu għal teżor moħbi? Jekk iva, l-aktar teżor prezzjuż li jeżisti fid-dinja nistgħu nsibuh fil-Bibbja. Dan it-teżor hu l-għerf t’Alla! (Pr 2:​4, 5) Int tistaʼ ssibu billi tagħmel il-ħin biex taqra l-Bibbja b’mod regolari u tfittex sew fir-rakkonti li tkun qed taqra. Jekk tagħmel hekk, se tieħu pjaċir u se titgħallem ħafna!

  • X’mistoqsijiet tistaʼ ssaqsi lilek innifsek waqt li tkun qed taqra l-Bibbja? (w24.02 32 ¶2-3)

  • Liema għodod tistaʼ tuża biex issib it-tweġibiet?

Is-serje taʼ vidjows Tgħallem mill-Ħbieb taʼ Ġeħova jistgħu jgħinuk titgħallem kif timmedita fuq dak li taqra mill-Bibbja.

Uri l-VIDJOW Tgħallem mill-Ħbieb taʼ Ġeħova—Abel.

Aqra Ġenesi 4:​2-4 u Lhud 11:4. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Abel kif wera li kien ħabib taʼ Ġeħova?

  • Abel kif saħħaħ il-fidi tiegħu f’Ġeħova?

  • Kif tistaʼ ssaħħaħ il-fidi tiegħek?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 102 u Talb