8-14 taʼ Jannar
ĠOB 34-35
Għanja 30 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Meta l-Ħajja Tidher Inġusta
(10 min.)
Ftakar li Ġeħova qatt ma jikkaġuna l-inġustizzja (Ġob 34:10; wp19.1 8 ¶2)
Kultant jidher li n-nies ħżiena ma jiġux ikkastigati għal dak li jagħmlu, imma Ġeħova jara kollox (Ġob 34:21-26; w17.04 11 ¶5)
L-aħjar mod biex tgħin lil dawk li jbatu l-inġustizzja hu billi tgħallimhom dwar Ġeħova (Ġob 35:9, 10; Mt 28:19, 20; w21.05 7 ¶19-20)
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Ġob 35:7—Eliħu x’ried ifisser meta staqsa lil Ġob: “X’se jieħu [Alla] mingħandek?” (w17.04 28 ¶3)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Ġob 35:1-16 (th studju 10)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 10 punt 3)
5. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) F’POST PUBBLIKU. Uri lil persuna li għandha tfal żgħar kif issib informazzjoni t’għajnuna għall-ġenituri fuq jw.org. (lmd lezzjoni 1 punt 4)
6. Agħmel Dixxipli
(5 min.) lff lezzjoni 13 punt 5 (lmd lezzjoni 11 punt 3)
Għanja 58
7. Tixtieq ‘Tipprietka l-Kelma’ b’Mod Informali?
(15 min.) Diskussjoni.
Pawlu inkuraġġixxa lil Timotju: “Ippriedka l-kelma u agħmel dan b’urġenza.” (2Ti 4:2) Il-verb Grieg tradott “agħmel dan b’urġenza” ġieli ntuża biex jirreferi għal suldat jew gwardjan li jkun dejjem lest biex jieħu azzjoni. Din l-espressjoni tiddeskrivi x-xewqa tagħna biex dejjem inkunu lesti ħalli nagħtu xhieda meta nkunu qed nitkellmu maʼ xi ħadd.
L-imħabba tagħna għal Ġeħova u l-apprezzament għal dak kollu li għamel għalina jimmotivawna biex nitkellmu m’oħrajn dwar il-kwalitajiet sbieħ tiegħu.
Aqra Salm 71:8. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Liema kwalitajiet sbieħ taʼ Ġeħova u affarijiet li għamel għalina tieħu pjaċir tgħid lin-nies dwarhom?
Peress li nħobbu lin-nies se nkunu rridu nagħtu xhieda informali wkoll.
Uri l-VIDJOW Kif mijiet taʼ wħud sabu l-verità mill-Bibbja. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Meta l-aħwa taw xhieda informali, kif għenu lil mijiet taʼ nies isiru jafu l-verità?
-
Dawn l-aħwa li kienu membri tal-knisja kif ibbenefikaw mill-verità?
-
L-imħabba għan-nies kif se timmotivana biex nagħtu xhieda informali?
-
Għala taħseb li meta nagħtu xhieda informali hu mod tajjeb kif ngħinu lil oħrajn isiru jafu dwar Ġeħova?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 4 kaxxa f’p. 33