Kun segwaċi tiegħi—X’hemm bżonn li tagħmel?
Sabiex jagħmel raddi dritti, dak li jaħrat ma jistax jiġi aljenat minn dak li hemm warajh. B’mod simili, Kristjan ma jistax iħalli lilu nnifsu jiġi aljenat mill-affarijiet li ħalla warajh fid-dinja.—Flp 3:13.
Meta nkunu għaddejjin minn diffikultajiet, ikun faċli li nibdew nixxennqu għall-ħajja li kellna qabel, forsi għall-ħajja li kellna qabel dħalna fil-verità. Meta nagħmlu hekk, spiss nibdew nesaġeraw meta naħsbu dwar dak li kien iferraħna u nċekknu l-problemi li kellna. L-Iżraelin hekk għamlu wara li telqu mill-Eġittu. (Nu 11:5, 6) Jekk nibqgħu nhewdnu fuq ħsibijiet bħal dawn, nistgħu nibdew nitħajru nerġgħu lura għall-ħajja li kellna. Kemm ikun aħjar li ngħoddu l-barkiet li għandna u niffokaw fuq il-ferħ li se jkollna fil-futur taħt is-Saltna!—2Ko 4:16-18.