GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ittratta lin-Nisa Ikbar Bħala Ommijiet u lin-Nisa Iżgħar Bħala Aħwa
Il-Bibbja tgħidilna biex nittrattaw Kristjani ikbar minna bħallikieku huma l-ommijiet u l-missirijiet tagħna. U lil dawk iżgħar nittrattawhom bħallikieku huma ħutna. (Aqra l-1 Timotju 5:1, 2.) L-aħwa rġiel, b’mod speċjali, iridu jittrattaw lill-aħwa nisa b’rispett.
Ħu qatt m’għandu jifflertja jew jagħmel xi ħaġa biex oħt tħossha skomda meta jkun hemm hu. (Ġob 31:1) Ħu single qatt m’għandu jilgħab bl-emozzjonijiet t’oħt single. Dan ifisser li m’għandux iġegħelha taħseb li għandu interess romantiku fiha meta ma jkollux.
B’qalb tajba l-anzjani għandhom jagħtu kas lill-aħwa nisa meta jsaqsu xi mistoqsija jew isemmu xi ħaġa li għandha bżonn l-attenzjoni tagħhom. L-anzjani jridu jieħdu ħsieb lil dawk li m’għandhomx raġel biex jieħu ħsiebhom.—Rt 2:8, 9.
ARA L-VIDJOW KOMPLI URI MĦABBA FIL-KONGREGAZZJONI—LEJN IR-ROMOL U TFAL BLA ĠENITURI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Il-kongregazzjoni kif uriet l-imħabba tagħha lejn Oħtna Myint?
-
L-imħabba li wriet il-kongregazzjoni, kif tat xhieda tajba lin-nies tal-villaġġ?
-
L-imħabba li wriet il-kongregazzjoni, x’effett kellha fuq il-bniet taʼ Oħtna Myint?
Kif tistaʼ turi qalb tajba mal-aħwa nisa fil-kongregazzjoni tiegħek?