IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU
Ilħaq il-Qalb
L-ubbidjenza lejn Alla trid tiġi mill-qalb. (Pr 3:1) Għalhekk, meta ngħallmu rridu nipprovaw nilħqu l-qalb taʼ dak li jkun. Kif?
Tgħallimx lill-istudent tiegħek veritajiet mill-Bibbja biss. Imma għinu jara kif dak li qed jitgħallem se jgħinu f’ħajtu u fil-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova. Għinu japprezza li kif il-Bibbja tgħidilna ngħixu juri l-imħabba, it-tjubija u s-sewwa t’Alla. B’rispett u ħlewwa saqsieh mistoqsijiet biex tgħinu jara kif iħossu dwar dak li qed jitgħallem. Għinu jaħseb kif il-ħajja tiegħu se tmur għall-aħjar jekk jirranġa attitudnijiet jew vizzji ħżiena. Meta tara l-imħabba tal-istudent tiegħek għal Ġeħova tikber, int se tkun iżjed ferħan.
ARA L-VIDJOW ESPERJENZA L-FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-ABBILTAJIET TIEGĦEK—ILĦAQ IL-QALB, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Neeta għala saqsiet lil Jade: “Ħsibt dwar dak li tkellimna nhar it-Tnejn?”
-
Neeta kif għenet lil Jade tifhem kif il-livelli tal-Bibbja juru li Ġeħova jħobbha?
-
Neeta kif għenet lil Jade taħseb dwar kif turi lill-Alla li tħobbu?