Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU

Uri l-Empatija

Uri l-Empatija

L-​empatija turiha meta tifhem kif persuna tirraġuna, kif qed tħossha, kif taħsibha dwar xi ħaġa, u tifhem x’għandha bżonn. In-​nies jindunaw meta nuru empatija magħhom. Jekk vera nkunu rridu ngħinu lill-​oħrajn, aħna se nħossu għalihom. Meta nuru l-​empatija fuq is-​service, aħna nkunu qed nimitaw l-​imħabba taʼ Ġeħova. Dan iħajjar lin-​nies biex isiru jafuh iżjed.—Flp 2:4.

Aħna ma nurux l-​empatija sempliċiment biex inkunu iżjed effettivi fuq is-​service. Minflok, l-​empatija nuruha billi nagħtu kas (1) x’qed jgħid l-​inkwilin, (2) kif nitkellmu, (3) il-​ġesti li nużaw, u (4) l-​espressjonijiet li nuru. Jekk nuru interess mill-​qalb f’xi ħadd, inkunu qed nuru l-​empatija. Irridu nagħtu kas x’jogħġbu, x’jemmen, u x’sitwazzjonijiet għandu. Tajjeb li ngħinu lil dak li jkun, imma ma rridux nisforzawh biex ibiddel ħajtu. Aħna se nkunu iżjed ferħanin meta n-​nies jaċċettaw li ngħinuhom.

ARA L-​VIDJOW ESPERJENZA L-​FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-​ABBILTAJIET TIEGĦEK —URI L-​EMPATIJA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Neeta kif uriet empatija meta Jade waslet tard?

  • Neeta kif uriet empatija meta Jade qalet li kienet stressata wisq biex tistudja?

  • Meta nuru empatija man-​nies, se jkunu jridu jafu lil Ġeħova

    Neeta kif uriet empatija meta Jade qalet li ma tantx kienet organizzata?