GĦIX BĦALA KRISTJAN
Tipprova Tara Kif Ġeħova Qed Iwieġeb it-Talb Tiegħek?
Il-Bibbja hija mimlija b’eżempji taʼ talb li twieġeb minn Ġeħova. Meta l-qaddejja taʼ Ġeħova raw kif hu semaʼ l-problemi individwali tagħhom u għenhom, bla dubju l-fidi tagħhom issaħħet. Mela huwa tajjeb għalina li nkunu speċifiċi fit-talb personali tagħna, imbagħad nipprovaw naraw kif Ġeħova jwieġbu. Ftakar li t-tweġiba tiegħu tistaʼ tkun differenti jew saħansitra jagħtina iktar minn dak li tlabna għalih. (2Ko 12:7-9; Ef 3:20) Ġeħova x’jistaʼ jagħtina biex iwieġeb it-talb tagħna?
-
Saħħa fiżika, emozzjonali, jew spiritwali biex niffaċċjaw problema.—Flp 4:13
-
Għerf biex nieħdu deċiżjoni tajba.—Ġk 1:5
-
Xewqa u saħħa biex naġixxu.—Flp 2:13
-
Kalma meta nkunu ansjużi.—Flp 4:6, 7
-
Appoġġ fiżiku jew emozzjonali minn oħrajn.—1Ġw 3:17, 18
ARA L-VIDJOW ĠEĦOVA HUWA “SEMMIEGĦ TAT-TALB,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
L-esperjenza taʼ Ħuna Shimizu kif tistaʼ tinkuraġġina jekk aħna limitati minħabba problemi taʼ saħħa?
-
Kif nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Ħuna Shimizu?