GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif Tuża l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet
Ħutna jaħdmu iebes biex jippreparaw l-eżempji taʼ konversazzjonijiet, u ħafna pubblikaturi sabuhom effettivi fit-territorju tagħhom. Madankollu, ladarba ċ-ċirkustanzi jvarjaw madwar id-dinja, il-pubblikaturi jistgħu jużaw mod differenti jew jiddiskutu suġġett differenti fil-ministeru tagħhom li se jqanqal l-interess tan-nies lokalment. M’għandniex xi ngħidu, kulħadd għandu jsegwi kwalunkwe struzzjoni għal kampanja speċjali. L-iskop tagħna huwa li nwettqu l-kmand taʼ Ġesù biex nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna.—Mt 24:14.
Meta jkollhom inkarigu bħala studenti, il-pubblikaturi għandhom jiddiskutu s-suġġett tal-eżempju taʼ konversazzjoni mill-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna. Però, jekk mhux indikat mod ieħor, jistgħu jużaw mistoqsija, skrittura, mistoqsija għall-konversazzjoni li jmiss, jew sitwazzjoni differenti li se jkunu effettivi għat-territorju lokali. Dan huwa aġġustament għad-direzzjoni li dehret f’paġna 8 tal-ħarġa taʼ Ġunju 2020 tal-fuljett għall-istudju tal-laqgħa.