GĦIX BĦALA KRISTJAN | AGĦMEL MIRI GĦAS-SENA TAʼ SERVIZZ ĠDIDA
Mur Fejn il-Bżonn Hu Ikbar
Għandek bżonn il-fidi biex titlaq minn darek u tmur f’post ġdid biex tkabbar il-ministeru tiegħek. (Eb 11:8-10) Jekk qed taħseb dwar li tmur fejn il-bżonn hu ikbar, kellem lill-anzjani tiegħek. Liema passi prattiċi tistaʼ tieħu biex tara jekk hix mira realistika u biex tagħżel fejn se tmur? Ikkunsidra x’qalu l-pubblikazzjonijiet tagħna dwar li tmur taqdi fejn il-bżonn hu ikbar. (Pr 15:22) Itlob lil Ġeħova għad-direzzjoni. (Ġk 1:5) Agħmel riċerka dwar il-post li qed tikkunsidra li tmur fih, u jekk inhu possibbli qattaʼ xi ftit ġranet hemm qabel tiddeċiedi.
ARA L-VIDJOW OPPORTUNITAJIET LI JSAĦĦULEK IL-FIDI—MUR AQDI FEJN HEMM IL-BŻONN, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Liema ostakli kellu jegħleb Gabriel, u x’għenu?