Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kampanja Speċjali Biex Nibdew Studji tal-​Bibbja f’Settembru

Kampanja Speċjali Biex Nibdew Studji tal-​Bibbja f’Settembru

Matul Settembru, se naħdmu iebes ħafna biex noffru studji tal-​Bibbja f’kull dar, billi nużaw il-​browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Il-​pubblikaturi jistgħu jagħżlu li jagħmlu pijunier awżiljarju taʼ 30 siegħa. Kif se nipparteċipaw f’din il-​kampanja speċjali?

  • Fl-​Ewwel Żjara: Uża l-​qoxra taʼ wara tal-​browxer biex tqajjem l-​interess, u pprova uri kif isir studju. Ftakar f’dawk li wrew interess fil-​passat, inkluż iż-​żjajjar lura. Anke jekk irrifjutaw li jistudjaw fil-​passat, huma jistgħu jkunu interessati fil-​mod ġdid taʼ studju tagħna u fil-​browxer. Il-​browxers m’għandhomx jitħallew fejn ma jkunx hemm nies id-​dar jew jintbagħtu f’ittri lil dawk li ma jkunux urew interess qabel. Il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni jistaʼ jagħmel arranġamenti għal laqgħat addizzjonali għas-​servizz matul ix-​xahar.

  • Opportunitajiet Oħra: Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek tuża t-​trolleys bil-​letteratura, poġġi wkoll il-​browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Spjega lil dawk li juru interess li mal-​browxer jistgħu jirċievu wkoll studju tal-​Bibbja b’xejn. Fil-​qosor uri kif isir studju dak il-​ħin jew irranġa li tagħmel dan iktar tard. L-​indokratur tas-​servizz jistaʼ jagħmel arranġamenti għall-​pubblikaturi kwalifikati biex imorru f’territorji tan-​negozju u joffru studji tal-​Bibbja. Tistaʼ wkoll toffri studju tal-​Bibbja lil sħabek taʼ fuq ix-​xogħol jew lin-​nies li tiltaqaʼ magħhom meta tagħti xhieda b’mod informali.

Ġesù kkmandana ‘nagħmlu dixxipli,’ u ‘ngħallmuhom.’ (Mt 28:19, 20) Jalla din il-​kampanja speċjali tgħinna nilħqu din il-​mira billi nużaw Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!