Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kampanja Speċjali f’Settembru Biex Ngħidu lil Kulħadd Dwar is-Saltna t’Alla!

Kampanja Speċjali f’Settembru Biex Ngħidu lil Kulħadd Dwar is-Saltna t’Alla!

F’Settembru se nagħmlu sforz speċjali biex nuru lin-nies li s-Saltna t’Alla hi l-unika soluzzjoni għall-problemi li hawn fuq l-art. (Mt 24:14) Kif tistaʼ tieħu sehem? Aqra skrittura dwar is-Saltna t’Alla maʼ kemm jistaʼ jkun nies f’Settembru. Jekk xi ħadd ikun interessat, agħtih kopja taʼ It-Torri tal-Għassa Nru. 2 2020. Erġaʼ żur lill-persuna kemm jistaʼ jkun malajr, u pprova ibda studju tal-Bibbja bil-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Dawk kollha li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul ix-xahar taʼ Settembru jistgħu jagħżlu li jagħmlu 15 jew 30 siegħa.

Is-Saltna t’Alla daqt se teqred lill-gvernijiet kollha li huma kontriha. (Da 2:44; 1Ko 15:24, 25) Mela ejja nieħdu kull vantaġġ minn din l-opportunità speċjali biex nuru li qed nissapportjaw lil Ġeħova u s-Saltna tiegħu!