GĦIX BĦALA KRISTJAN
Jaħdmu Iebes Għalina
Is-circuit overseers u n-nisa tagħhom jagħmlu ħafna sagrifiċċji peress li jħobbu lill-aħwa u jridu jgħinuhom. Bħalna, huma jkollhom il-bżonnijiet personali tagħhom u kultant iħossuhom għajjenin, skuraġġiti, u anzjużi. (Ġk 5:17) Minkejja dan, kull ġimgħa jiffokaw fuq li jinkuraġġixxu lill-aħwa fil-kongregazzjoni li jkunu qed iżuru. Is-circuit overseers vera ħaqqhom “unur doppju.”—1Ti 5:17.
Meta l-appostlu Pawlu ppjana biex iżur lill-aħwa fil-kongregazzjoni taʼ Ruma ħalli ‘jagħtihom xi rigal spiritwali,’ hu ħares ’il quddiem ‘biex jinkuraġġixxu lil xulxin.’ (Rum 1:11, 12) Ħsibt kif tistaʼ tinkuraġġixxi lis-circuit overseer tiegħek, u jekk miżżewweġ, lill-mara tiegħu?
ARA L-VIDJOW IL-ĦAJJA TAʼ CIRCUIT OVERSEER, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Is-circuit overseers u n-nisa tagħhom kif juru li jħobbu lill-aħwa, u x’sagrifiċċji jagħmlu għalihom?
-
L-isforzi tagħhom kif għenuk personalment?
-
Kif nistgħu ninkuraġġuhom?