GĦIX BĦALA KRISTJAN
‘Niddefendu u Nistabbilixxu Legalment l-Aħbar Tajba’
Meta dawk li kienu qed jopponu provaw iwaqqfu l-Iżraelin milli jerġgħu jibnu t-tempju, il-bennejja għamlu dak li kien hemm bżonn biex iġibu d-dritt legali ħalli jibnu. (Esd 5:11-16) B’mod simili llum, il-Kristjani jagħmlu dak li hemm bżonn biex jiddefendu u jkollhom id-drittijiet legali biex jippritkaw l-aħbar tajba. (Flp 1:7) Biex ikunu jistgħu jagħmlu dan, fl-1936 infetaħ id-Dipartiment Legali fil-Kwartieri Ġenerali. Illum, id-Dipartiment Legali fil-Kwartieri Ġenerali jieħu ħsieb biex jiddefendi x-xogħol tas-Saltna madwar id-dinja. Dan id-dipartiment kif għen ix-xogħol tas-Saltna u lin-nies t’Alla?
ARA L-VIDJOW TUR TAD-DIPARTIMENT LEGALI FIL-KWARTIERI ĠENERALI, U MBAGĦAD WIEĠEB DAWN IL-MISTOQSIJIET:
-
Xi problemi legali ffaċċjaw ix-Xhieda taʼ Ġeħova?
-
X’rebħiet legali kellna? Agħti eżempju
-
X’jistaʼ jagħmel kull wieħed u waħda minna biex ‘jiddefendi u jistabbilixxi legalment l-aħbar tajba’?
-
Fuq jw.org bl-Ingliż, fejn nistgħu nsibu l-iżviluppi legali li qed jaffettwaw lin-nies t’Alla u lista taʼ Xhieda taʼ Ġeħova li qegħdin il-ħabs minħabba l-fidi tagħhom?