Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Tistaʼ Tgħin lill-Familja Tiegħek Tkun Iżjed Ferħana

Int Tistaʼ Tgħin lill-Familja Tiegħek Tkun Iżjed Ferħana

Ġeħova jrid li l-familji jkunu ferħanin. (Sa 127:3-5; Ek 9:9; 11:9) Imma nistgħu nitilfu l-ferħ li jkollna minħabba l-istress tal-ħajja u l-iżbalji li jagħmlu tal-familja. Kull membru tal-familja x’jistaʼ jagħmel biex il-familja tkun iżjed ferħana?

Ir-raġel jonora lil martu, jiġifieri jagħtiha attenzjoni speċjali u juriha rispett. (1Pt 3:7) Hu jqattaʼ l-ħin magħha. Ma jistenniex iżżejjed minnha u juri li japprezza dak li tagħmel għalih u għall-familja. (Kol 3:15) Hu juriha li jħobbha u jfaħħarha.—Pr 31:28, 31.

Il-mara tara kif tistaʼ tgħin lil żewġha. (Pr 31:12) Hi sottomessa lejh u tikkoopera miegħu. (Kol 3:18) Hi titkellem bil-ħlewwa miegħu u meta titkellem m’oħrajn dwaru.—Pr 31:26.

Il-ġenituri jqattgħu l-ħin mat-tfal tagħhom. (Dt 6:6, 7) Huma lit-tfal tagħhom jgħidulhom li jħobbuhom. (Mt 3:17) Meta jagħtu dixxiplina, jipprovaw jifhmu s-sitwazzjoni sew u juru l-imħabba.—Ef 6:4.

It-tfal jirrispettaw u jobdu lill-ġenituri tagħhom. (Pr 23:22) Huma jitkellmu mal-ġenituri tagħhom dwar dak li jkunu qed iħossu u jaħsbu. Huma jaċċettaw id-dixxiplina mingħand il-ġenituri tagħhom u juruhom rispett.—Pr 19:20.

ARA L-VIDJOW IKKULTIVAW IL-FERĦ FIL-FAMILJA TAGĦKOM, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:

Kull membru tal-familja x’għamel biex il-familja tkun iżjed ferħana?