Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

IT-TORRI TAL-GĦASSA

Mistoqsija: Familjari int maʼ dan il-kliem?

Skrittura: Ġw 3:16

Offerta: Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tispjega kif int tistaʼ tibbenefika mit-tbatija u l-mewt taʼ Ġesù.

IT-TORRI TAL-GĦASSA (l-aħħar paġna)

Mistoqsija: Innota din il-mistoqsija u xi tweġibiet komuni. [Aqra l-ewwel mistoqsija flimkien mal-għażla tat-tweġibiet.] Int kif twieġeb?

Skrittura: Mt 4:1-4

Offerta: Ladarba x-Xitan tkellem maʼ Ġesù u ttantah, mela x-Xitan bilfors li hu iktar minn sempliċi simbolu taʼ ħażen. X’tgħid iktar il-Bibbja dwar ix-Xitan? Dan l-artiklu jispjega iktar.

INVIT GĦAT-TIFKIRA

Offerta: Qed inqassmu dan l-invit għal ġrajja importanti ħafna. [Agħti invit lill-inkwilin.] Fit-23 taʼ Marzu, miljuni taʼ nies madwar id-dinja se jiltaqgħu biex jikkommemoraw il-mewt taʼ Ġesù Kristu u biex jisimgħu taħdita bla ħlas ibbażata fuq il-Bibbja dwar kif il-mewt tiegħu hi taʼ benefiċċju għalina. Dan l-invit juri l-ħin u l-post tal-laqgħa li se ssir fit-territorju tagħna. Jekk jogħġbok ejja, jekk tkun tistaʼ tiġi.

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.