Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-irxoxt—Hu possibbli permezz tal-fidwa

L-irxoxt—Hu possibbli permezz tal-fidwa

It-Tifkira tagħtina opportunità mill-isbaħ biex nirriflettu dwar il-barkiet li se jkollna fil-futur u li huma possibbli permezz tal-fidwa, bħalma huwa l-irxoxt. Qatt ma kien l-iskop taʼ Ġeħova li l-bnedmin imutu. Huwa għalhekk li wieħed mill-iktar emozzjonijiet taʼ wġigħ li nesperjenzaw hu n-niket li nħossu meta jmutilna xi ħadd għażiż. (1Ko 15:26) Ġesù ħassu mweġġaʼ meta ra lid-dixxipli tiegħu mnikktin minħabba l-mewt taʼ Lazzru. (Ġw 11:33-35) Peress li Ġesù hu riflessjoni perfetta taʼ Missieru, nistgħu nkunu ċerti li anki Ġeħova jħossu mweġġaʼ meta jarana mnikktin għax inkunu tlifna lil xi ħadd għażiż fil-mewt. (Ġw 14:7) Ġeħova qed jistenna bil-ħerqa ż-żmien meta se jġib lura mill-mewt il-qaddejja tiegħu, u anki aħna għandna nistennew dan bil-ħerqa.—Ġob 14:14, 15.

Ladarba Ġeħova hu Alla taʼ ordni, huwa raġunevoli li nemmnu li l-irxoxt se jsir b’ordni. (1Ko 14:33, 40) Minflok ma mmorru funerali, għandu mnejn ikun hemm ħin speċjali li fih nilqgħu lil dawk li jiġu rxoxtati. Timmedita int fuq l-irxoxt, speċjalment fi żminijiet taʼ niket? (2Ko 4:17, 18) Tirringrazzja lil Ġeħova talli pprovdielna l-fidwa u talli fl-Iskrittura qalilna li l-mejtin se jerġgħu jgħixu?—Kol 3:15.

  • Mill-ħbieb u l-qraba tiegħek, lil min b’mod speċjali qed tħares ’il quddiem li terġaʼ tara?

  • Mill-persunaġġi tal-Bibbja, int maʼ min b’mod speċjali tixtieq tiltaqaʼ u titkellem?