Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?—Kif tużah

Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?—Kif tużah

Il-browxer Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum? ġie disinjat biex jiġi kunsidrat mal-istudenti tal-Bibbja fil-bidu jew fl-aħħar taʼ kull studju. * Lezzjonijiet 1 sa 4 se jgħinu lill-istudenti jsiru familjari magħna bħala poplu, lezzjonijiet 5 sa 14 se jgħinuhom jitgħallmu dwar l-attivitajiet tagħna, u lezzjonijiet 15 sa 28 se juruhom kif taħdem l-organizzazzjoni tagħna. Ġeneralment ikun aħjar jekk tikkunsidra l-lezzjonijiet wara xulxin sakemm ma jkunx hemm xi waħda partikulari li jkun hemm bżonn tgħaddiha qabel. Kull lezzjoni hi twila biss paġna u mal-biċċa l-kbira tal-istudenti tistaʼ tiġi diskussa f’ħames minuti sa għaxar minuti.

  • Iġbed l-attenzjoni lejn il-mistoqsija li tkun it-titlu tal-lezzjoni

  • Aqraw il-lezzjoni flimkien, kollha f’daqqa jew paragrafu paragrafu

  • Iddiskutu dak li tkunu għadkom kif qrajtu. Ikkunsidra l-mistoqsijiet li hemm in-naħa t’isfel tal-paġna u l-istampi. Aqra u ddiskuti l-iskritturi ċitati skont il-bżonn. Enfasizza kif is-sottitli li huma miktubin b’mod skur iwieġbu t-titlu

  • Jekk ikun hemm kaxxa “Sir af iktar,” aqrawha flimkien u ħeġġeġ lill-istudent biex jagħmel dak li hemm suġġerit

^ par. 3 L-edizzjoni onlajn hi l-iktar verżjoni aġġornata tal-browxer.