Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħallmu l-istudenti tagħna jippreparaw

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħallmu l-istudenti tagħna jippreparaw

GĦALA HU IMPORTANTI: Meta l-​istudenti tal-​Bibbja jippreparaw, ikunu jistgħu jifhmu iktar malajr u jiftakru dak li nkunu qed ngħallmuhom. Iktar ma jifhmu u jiftakru, iktar se jagħmlu progress malajr. Anki wara li jitgħammdu, se jkun hemm bżonn li jippreparaw għal-​laqgħat u l-​ministeru sabiex ‘jibqgħu għassa.’ (Mt 25:13) Għaldaqstant, li jkunu jafu jistudjaw u li jkollhom rutina taʼ studju tajba se jiswielhom taʼ ġid għal għomorhom. Mill-​bidu nett, għandna ngħinu l-​istudenti tagħna jiħduha drawwa jippreparaw għall-​istudju tal-​Bibbja tagħhom.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Kun t’eżempju tajjeb. (Rum 2:21) Ipprepara kull studju bl-​istudent f’moħħok. (km 11/15 3) Ħallih jara l-​pubblikazzjoni mmarkata tiegħek

  • Inkuraġġih jipprepara. Ladarba l-​istudju jiġi stabbilit, urih li l-​preparazzjoni hija parti mill-​arranġament tal-​istudju tal-​Bibbja, u spjega x’inhuma l-​benefiċċji. Agħti suġġerimenti prattiċi dwar kif jistaʼ jagħmel il-​ħin biex jipprepara. Xi għalliema jħallu l-​istudent juża l-​pubblikazzjoni mmarkata tagħhom stess matul sessjoni taʼ studju biex jgħinu l-​istudent jara l-​benefiċċji. Faħħru meta jipprepara

  • Urih kif jipprepara. F’xi żmien wara li jinbeda l-​istudju, xi għalliema jużaw sessjoni taʼ studju sħiħa biex juru l-​istudenti tagħhom kif jippreparaw