“Kulmin irid isir kbir fostkom irid ikun il-qaddej tagħkom”
L-iskribi u l-Fariżej kburin riedu jimpressjonaw lil oħrajn u xtaqu l-prominenza. (Mt 23:5-7) Ġesù kien differenti. “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi.” (Mt 20:28) Niffokaw aħna l-iktar fuq l-aspetti tal-qima li bihom naqilgħu l-proset u t-tifħir? Jekk irridu nidhru importanti f’għajnejn Ġeħova, allura se nipprovaw nimitaw lil Ġesù u nagħmlu kulma nistgħu biex naqdu lil oħrajn. Ħafna drabi, xogħol bħal dan isir minn wara l-kwinti—jarah biss Ġeħova. (Mt 6:1-4) Qaddej umli se . . .
-
jieħu sehem fit-tindif u l-manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna
-
jieħu l-inizjattiva biex jgħin lil uħud imdaħħlin fiż-żmien u lil oħrajn
-
jagħti donazzjonijiet finanzjarji biex jappoġġja l-interessi tas-Saltna