GĦIX BĦALA KRISTJAN
Eżempju t’ittra
-
Uża l-indirizz tiegħek stess. Jekk tħoss li ma jkunx għaqli li tagħti l-indirizz tiegħek, tistaʼ tuża l-indirizz tas-Sala tas-Saltna jekk l-anzjani jagħtuk permess. Madankollu, m’għandek QATT tuża l-indirizz tal-uffiċċju tal-fergħa bħala l-indirizz biex jiktbulek lura fih.
-
Jekk taf l-isem tal-persuna użah. B’hekk tevita li tagħti l-impressjoni li l-ittra hi xi reklam kummerċjali.
-
Oqgħod attent għal kif tispelli l-kliem, għall-grammatika, u għall-punteġġjatura. L-ittra għandha tidher pulita, u mhux traskurata. Jekk tkun miktuba bl-idejn, għandha tkun faċli biex tinqara. Il-kliem la għandu jkun każwali żżejjed u lanqas formali żżejjed.
L-eżempju tal-ittra li hawn juri dawn il-punti. L-ittra m’għandhiex tiġi kkopjata kelma b’kelma kull darba li tikteb lil xi ħadd fit-territorju tiegħek. Aġġusta l-ittra skont l-iskop għala ħa tibgħatha u skont iċ-ċirkustanzi u d-drawwiet lokali.