GĦIX BĦALA KRISTJAN
Uża l-vidjows biex tgħallem lill-istudenti tal-Bibbja tiegħek
Għajnuniet viżwali jiġbdu l-attenzjoni tal-persuna li tkun qed tarahom u jgħinuha tifhem u tiftakar dak li tkun tgħallmet. L-Istruttur Grandjuż tagħna, Ġeħova, uża għajnuniet viżwali biex jgħallem lezzjonijiet importanti. (Ġen 15:5; Ġer 18:1-6) Anki l-Għalliem il-Kbir, Ġesù, għamel hekk. (Mt 18:2-6; 22:19-21) Waħda mill-għajnuniet viżwali li tat prova li hi taʼ benefiċċju kbir fis-snin reċenti hi l-vidjows. Qiegħed int tagħmel użu tajjeb mill-vidjows meta tgħallem lill-istudenti tal-Bibbja tiegħek?
Ġew preparati għaxar vidjows biex jgħinuna ngħallmu l-lezzjonijiet tal-browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! Ħafna drabi, kull titlu taʼ vidjow jaqbel maʼ waħda mill-mistoqsijiet li nsibu fil-browxer li huma miktubin b’tipa iktar skura. Il-verżjoni diġitali tinkludi links li jfakkruna meta għandna nuru kull vidjow. Iktar minn hekk, hemm vidjows oħra b’iktar materjal li jaqblu maʼ diversi pubblikazzjonijiet għall-istudju li nsibu fil-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim tagħna.
Qed tiddiskuti xi suġġett tal-Bibbja li jistaʼ jkun diffiċli għall-istudent tiegħek biex jifhmu? Jew qiegħed l-istudent jiffaċċja xi sfida partikulari? Fittex fil-vidjows f’jw.org® u f’JW Broadcasting® biex issib wieħed li jistaʼ jgħinu. Forsi int u l-istudent tiegħek tistgħu taraw wieħed minnhom flimkien u mbagħad tiddiskutuh.
Kull xahar joħorġu vidjows ġodda. Waqt li tkun qed tarahom, aħseb dwar kif tistaʼ tużahom meta tkun qed tgħallem lil oħrajn.