Ġakobb Jiżżewweġ
Ġakobb ma kienx jaf minn qabel liema sfidi kien se jiffaċċja minħabba ż-żwieġ. Rakele u Lea bdew jgħiru għal xulxin. (Ġen 29:32; 30:1, 8) Madankollu, minkejja l-isfidi, Ġakobb ra li Ġeħova kien miegħu. (Ġen 30:29, 30, 43) Eventwalment, in-nisel tiegħu sar il-poplu t’Iżrael.—Rt 4:11.
Fi żmienna, dawk li jiżżewġu se jiffaċċjaw provi. (1Ko 7:28) Imma xorta, huma jistaʼ jkollhom suċċess u ferħ fiż-żwieġ billi jistrieħu fuq Ġeħova u japplikaw il-prinċipji tal-Bibbja.—Pr 3:5, 6; Ef 5:33.