Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nagħtu Xhieda lil Persuni Neqsin mid-Dawl

Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nagħtu Xhieda lil Persuni Neqsin mid-Dawl

GĦALA HU IMPORTANTI: Ħafna li huma neqsin mid-​dawl iħossuhom skomdi jitkellmu maʼ nies li ma jkunux jafuhom. Għalhekk, għandna bżonn nużaw it-​tattika biex nagħtu xhieda lil uħud bħal dawn. Ġeħova juri interess bi mħabba lejn persuni neqsin mid-​dawl. (Le 19:14) Aħna nistgħu nimitaw l-​eżempju tiegħu billi nieħdu l-​inizjattiva ħalli ngħinu lil persuni neqsin mid-​dawl jitgħallmu dwar Ġeħova.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • ‘Fittex’ lil persuni neqsin mid-​dawl. (Mt 10:11) Taf lil xi ħadd li għandu persuna tiġi minnu li hi nieqsa mid-​dawl? Fit-​territorju tiegħek, hemm skejjel, homes, jew faċilitajiet oħrajn li jkunu jixtiequ pubblikazzjonijiet iddisinjati għal persuni neqsin mid-​dawl?

  • Uri interess personali. Meta tkun dħuli u turi li jinteressak mill-​persuna nieqsa mid-​dawl, dan se jgħin lilu jew lilha tħossha komda miegħek. Ipprova ibda konversazzjoni fuq suġġett li n-​nies tal-​lokal huma interessati fih

  • Ipprovdi għajnuna spiritwali. Biex tgħin lil persuni neqsin mid-​dawl, l-​organizzazzjoni pproduċiet letteratura f’diversi formats. Staqsi lill-​individwu kif jippreferi li jitgħallem. L-​indokratur tas-​servizz għandu jikkonferma li l-​qaddej tal-​letteratura jimla rikjesta għal letteratura bil-​format li tippreferi l-​persuna nieqsa mid-​dawl