Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Lil Min Se Nistieden?

Lil Min Se Nistieden?

Kull sena nagħmlu sforz speċjali biex nistiednu n-​nies fit-​territorju tagħna biex jingħaqdu magħna f’li nosservaw it-​Tifkira. Il-​maġġoranza tagħhom ma nkunux nafuhom. Għandna nistiednu wkoll nies li nafu. Meta wieħed jirċievi invit mingħand xi ħadd li jafu, hemm iktar ċans li jattendi t-​Tifkira. (yb08-E 11 ¶3; 14 ¶1) Min huma xi wħud li tistaʼ tistieden?

  • Uħud li jiġu minnek

  • Sħabek tax-​xogħol jew tal-​iskola

  • Ġirien

  • Żjajjar lura u studenti tal-​Bibbja li għandek bħalissa u li kellek fil-​passat

Barra minn hekk, l-​anzjani se jistiednu lil uħud li huma inattivi. Xi ngħidu jekk xi ħadd li taf ma joqgħodx fit-​territorju tiegħek? Tistaʼ ssir taf il-​ħin u l-​post tat-​Tifkira taʼ fejn joqgħod hu billi tikklikkja fuq DWARNA, li ssibha fin-​naħa taʼ fuq tal-​jw.org, u tagħfas “It-​Tifkira.” Waqt li tkun qed tipprepara għat-​Tifkira taʼ din is-​sena, aħseb dwar dawk li tistaʼ tistieden, u stidinhom.