Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU

Uża l-Kelma t’Alla

Uża l-Kelma t’Alla

Il-​Kelma t’Alla hi b’saħħitha! (Eb 4:12) Din tistaʼ anke tilħaq il-​qlub taʼ dawk li ma jafux lil Alla. (1Te 1:9; 2:13) Aħna nifirħu ħafna meta xi ħadd japprezza xi ħaġa ġdida li għallimnieh mill-​Bibbja.

ARA L-​VIDJOW ESPERJENZA L-​FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-​ABBILTAJIET TIEGĦEK—UŻA BIS-​SĦIĦ IL-​QAWWA TAL-​KELMA T’ALLA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Neeta kif użat bis-​sħiħ il-​qawwa tal-​Kelma t’Alla biex tgħin lil Jade tifhem kemm hu aħjar li tara x’tgħid il-​Bibbja?

  • Neeta kif użat bis-​sħiħ il-​qawwa tal-​Kelma t’Alla billi qaltilha taqra l-​vers b’leħen għoli u mbagħad billi enfasizzat kliem importanti?

  • X’juri li l-​vers laħaq qalb Jade, u dan kif taħseb li affettwa lil Neeta?