Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Agħżel Ħbieb Sew

Agħżel Ħbieb Sew

Il-​Kristjani jistgħu jitgħallmu minn dak li ġara lill-​Iżraelin fl-​art taʼ Mowab. (1Ko 10:6, 8, 11) L-​Iżraelin bdew jagħmluha maʼ nisa immorali u li jqimu allat foloz. Dawn il-​Mowabin influwenzaw lill-​Iżraelin biex jagħmlu dnubiet serji. B’hekk kien hemm konsegwenzi koroh. (Nu 25:9) Aħna mdawrin minn dawk tax-​xogħol, tal-​iskola, ġirien, qraba, u oħrajn li ma jaqdux lil Ġeħova. X’nistgħu nitgħallmu minn dan ir-​rakkont fil-​Bibbja dwar il-​perikli li nistgħu nesperjenzaw meta nagħmluha magħhom?

ARA L-​VIDJOW WARNING EXAMPLES FOR OUR DAY—EXCERPT, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Żimri u oħrajn b’liema mod ħażin influwenzaw lil Ġamin?

  • Fineħas kif għen lil Ġamin jirraġuna aħjar?

  • X’inhi d-​differenza bejn li tkun dħuli ma’ xi ħadd li ma jaqdix lil Ġeħova u li tkun ħabib tiegħu?

  • Meta nagħżlu ħbieb tal-​qalb, għala għandna noqogħdu attenti anki fil-​kongregazzjoni?

  • Għala għandna nevitaw gruppi fuq is-​social media fejn nitkellmu maʼ nies li ma nafuhomx b’mod persunali?