Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU

Staqsi l-Mistoqsijiet

Staqsi l-Mistoqsijiet

Ġeħova, “l-​Alla l-​hieni,” iridna nieħdu pjaċir fuq is-​service. (1Ti 1:11) Meta ntejbu l-​abbiltajiet tagħna fuq is-​service, aħna se nkunu iżjed ferħanin. Meta nsaqsu l-​mistoqsijiet, inkunu qed nibdew konversazzjoni b’mod naturali u nżidu l-​interess tal-​persuna. Il-​mistoqsijiet jgħinu lin-​nies biex jaħsbu u jirraġunaw. (Mt 22:41-​45) Meta nsaqsu mistoqsija u nisimgħu t-​tweġiba, inkunu qed nuru lill-​persuna li jinteressana minnha. (Ġk 1:19) It-​tweġibiet tal-​persuna jistgħu jgħinuna nkunu nafu fuq xiex ħa nitkellmu.

ARA L-​VIDJOW ESPERJENZA L-​FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-​ABBILTAJIET TIEGĦEK—STAQSI L-​MISTOQSIJIET, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi kwalitajiet tajbin uriet Jade?

  • Neeta x’saqsietha biex turi interess persunali?

  • Neeta kif użat il-​mistoqsijiet biex iżżid l-​interess taʼ Jade fl-​aħbar tajba?

  • Neeta kif użat il-​mistoqsijiet biex tgħin lil Jade taħseb u tirraġuna?