Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

David jiffaċċja lil Gulija

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA

“Il-Battalja Hi taʼ Ġeħova”

“Il-Battalja Hi taʼ Ġeħova”

Il-​fidi taʼ David f’Ġeħova kienet ibbażata fuq l-​għarfien u l-​esperjenza (1Sa 17:36, 37; wp16.5 11 ¶2-​3)

David qabbel lil Gulija maʼ Ġeħova mhux miegħu stess (1Sa 17:45-​47; wp16.5 11-​12)

Ġeħova rebbaħ lil David meta ġġieled kontra għadu b’saħħtu u tal-​biżaʼ (1Sa 17:48-​50; wp16.5 12 ¶4; ara l-​istampa tal-​qoxra)

Kultant għandu mnejn niffaċċjaw sfidi enormi bħal persekuzzjoni jew xi vizzju. Meta l-​problemi jidhru kbar ħafna, ftakar li huma żgħar meta mqabblin mal-​qawwa bla limitu taʼ Ġeħova.—Ġob 42:1, 2.