Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tliet Modi Kif Nistrieħu Fuq Ġeħova

Tliet Modi Kif Nistrieħu Fuq Ġeħova

David rebaħ lil Gulija għax straħ fuq Ġeħova. (1Sa 17:45) Ġeħova jrid juri s-​saħħa tiegħu għan-​nom tal-​qaddejja kollha tiegħu. (2Kr 16:9) Kif nistgħu nistrieħu fuq l-​għajnuna li Ġeħova jipprovdi minflok ma nistrieħu fuq l-​esperjenza u l-​abbiltajiet tagħna? Dawn huma tliet modi:

  • Itlob spiss. Titlobx biss għall-​maħfra wara li tagħmel xi żball imma wkoll għas-​saħħa meta tkun ittantat tagħmel xi ħaġa ħażina. (Mt 6:12, 13) Titlobx biss għall-​barka taʼ Ġeħova fuq deċiżjonijiet li tkun diġà ħadt imma wkoll għad-​direzzjoni u l-​għerf tiegħu qabel ma tieħu d-​deċiżjonijiet.—Ġk 1:5

  • Idħol f’rutina taʼ qari u studju tal-​Bibbja. Aqra l-​Bibbja kuljum. (Sa 1:2) Ħu l-​ħin biex taħseb dwar eżempji Bibliċi, u applika l-​lezzjonijiet li tgħallimt. (Ġk 1:23-​25) Ipprepara għall-​ministeru minflok ma tistrieħ fuq l-​esperjenza personali. Ibbenefika bis-​sħiħ mil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni billi tipprepara l-​materjal minn qabel

  • Ikkopera mal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Żomm ruħek aġġornat mad-​direzzjoni mill-​organizzazzjoni u applikaha mill-​ewwel. (Nu 9:17) Ismaʼ mill-​anzjani meta jagħtu l-​pariri u l-​istruzzjonijiet.—Eb 13:17

ARA L-​VIDJOW M’HEMMX GĦALFEJN NIBŻGĦU MILL-​PERSEKUZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

• L-​aħwa x’beżgħat esperjenzaw?

• X’għenhom biex ikampaw mal-​beżgħat li kellhom?