GĦIX BĦALA KRISTJAN
Min Huma l-Ħbieb Online Tiegħek?
It-tifsira taʼ ħabib hi “li wieħed jintrabat maʼ ieħor minħabba l-affezzjoni jew ir-rispett.” Pereżempju, Ġonatan u David bdew ħbiberija li ma tistax titkisser wara li David qatel lil Gulija. (1Sa 18:1) It-tnejn li huma wrew kwalitajiet li ġibduhom lejn xulxin. Għalhekk, ħbiberiji b’saħħithom huma bbażati fuq għarfien eżatt. Li ssir taf lil xi ħadd ieħor ġeneralment jinvolvi żmien u sforz. Però, fuq is-social networks, in-nies jistgħu jsiru “ħbieb” b’għafsa taʼ buttuna. Minħabba li n-nies online jistgħu jippjanaw eżattament x’se jgħidu u jikkontrollaw sa ċertu punt kif oħrajn iħarsu lejhom, huwa faċli għalihom biex jaħbu min verament huma. Għalhekk, huwa tajjeb li taħseb sewwa dwar liema tip taʼ nies se taċċetta bħala l-ħbieb tiegħek. Tibżax tinjora jew ma taċċettax nies li ma tafx verament bħala ħbieb għax tibżaʼ li tweġġagħhom. Minħabba l-perikli li jistaʼ jkun hemm, xi wħud għażlu li ma jużawx is-social networks. Madankollu, jekk tagħżel li tuża social network, x’għandek iżżomm f’moħħok?
ARA L-VIDJOW OQGĦOD ATTENT META TUŻA S-SOCIAL NETWORK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
X’għandek tikkunsidra qabel ma tikkummenta u titfaʼ ritratti?
-
Għala għandek tagħżel il-ħbieb online bil-għaqal?
-
Għala għandek tagħmel limitu għall-ħin li tqattaʼ fuq social network?—Ef 5:15, 16