GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif Tuża l-Vidjows tal-Istudju tal-Bibbja
Aħna għandna erbaʼ vidjows tal-istudju tal-Bibbja biex nużaw fuq is-service. Kif nistgħu nużawhom?
-
Għala għandek tistudja l-Bibbja?—Verżjoni twila ġie ddisinjat biex iħajjar lin-nies jaraw x’tgħid il-Bibbja, anki jekk ma jemmnux fiha. Il-vidjow iħajjar lil min qed jarah biex ifittex fil-Bibbja t-tweġibiet għal mistoqsijiet importanti li jkollna f’ħajjitna. Ukoll, jagħti eżempju taʼ kif il-Bibbja twieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Jispjega kif tistaʼ ssaqsi għal studju tal-Bibbja.
-
Għala għandek tistudja l-Bibbja? (verżjoni qasira) hu simili għall-verżjoni t-twila, imma ħafna iqsar. Jaf ikun aħjar fejn in-nies ma tantx ikollhom ċans jitkellmu.
-
X’Jiġri Matul Studju tal-Bibbja? ġie ddisinjat biex iħajjar lin-nies jistudjaw il-Bibbja b’xejn. Fih ukoll tweġibiet għal xi mistoqsijiet li n-nies ikollhom u kif issaqsi għal studju tal-Bibbja.
-
Nieħdu Pjaċir Nistudjaw il-Bibbja Miegħek ġie ddisinjat biex nuruh lill-istudent. Għalkemm il-vidjow jidher f’paġna tnejn tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, tistaʼ turih meta tiddiskuti l-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Il-vidjow isemmi x’fih il-ktieb u jgħin lill-istudent jifhem x’se jiġri waqt kull diskussjoni.
Għalkemm kull vidjow ġie ddisinjat għal sitwazzjoni partikulari, meta jkun xieraq tistaʼ turi jew tibgħat kwalunkwe wieħed. Ikun tajjeb li l-pubblikaturi jkunu jafu x’fihom sew u jużawhom fis-service.