TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Meta Għandek Tistrieħ Fuq Ġeħova?
Asa straħ fuq Ġeħova biex jirbaħ armata kbira (2Kr 14:9-12; w21.03 5 ¶12)
Iktar tard Asa straħ fuq is-Sirjani biex jirbaħ armata iżgħar (2Kr 16:1-3; w21.03 5 ¶13)
Ġeħova ma ħax pjaċir b’Asa talli ma baqax jistrieħ fuqu (2Kr 16:7-9)
Aħna forsi nistrieħu fuq Ġeħova meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet importanti li se jeffettwawlna ħajjitna. Imma x’se nagħmlu f’sitwazzjonijiet oħrajn? Hu importanti li nistrieħu fuq Ġeħova f’kull ħaġa li nagħmlu.—Pr 3:5, 6; w21.03 6 ¶14.