Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

29 t’April–5 taʼ Mejju

SALM 34-35

29 t’April–5 taʼ Mejju

Għanja 10 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. ‘Faħħar lil Ġeħova l-Ħin Kollu’

(10 min.)

David faħħar lil Ġeħova anki meta kellu l-problemi (Sa 34:1; w07 3/1 22 ¶11)

David ftaħar b’Ġeħova u mhux bih innifsu (Sa 34:​2-4; w07 3/1 22 ¶13)

David inkuraġġixxa lil sħabu bil-mod kif faħħar lil Ġeħova (Sa 34:5; w07 3/1 23 ¶15)

Wara li David telaq minn ħdejn Abimelek u mar fid-deżert, miegħu marru 400 raġel li ma kinux ferħanin taħt it-tmexxija tar-Re Sawl. (1Sa 22:​1, 2) David jaf kellu lil dawn l-uħud f’moħħu meta kiteb dan is-salm.—Sa 34, sopraskrizzjoni.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Fil-laqgħa li jmiss, kif nistaʼ nfaħħar lil Ġeħova meta nkun qed nitkellem maʼ xi ħadd?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 35:11—Dak li jgħid dan il-vers kif ġara fi żmien Ġesù? (w11 8/15 14 ¶9)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(2 min.) XHIEDA INFORMALI. Il-konversazzjoni tieqaf qabel tagħti xhieda. (lmd lezzjoni 1 punt 4)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. (lmd lezzjoni 2 punt 4)

6. Spjega Dak li Temmen

(5 min.) Turija. ijwfq 59—Tema: Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiddeċiedu Jekk Għandhomx Jiċċelebraw Xi Festa? (th studju 17)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 59

7. Tliet Modi Kif Nistgħu Nfaħħru lil Ġeħova Waqt il-Laqgħat

(15 min.) Diskussjoni.

Il-laqgħat jagħtuna opportunitajiet mill-isbaħ biex infaħħru lil Ġeħova. Ara dawn it-tliet modi.

Konversazzjonijiet: Meta tkun qed titkellem m’oħrajn, tkellem dwar il-qalb tajba taʼ Ġeħova. (Sa 145:​1, 7) Smajt jew qrajt xi ħaġa li bbenefikajt minnha? Kellek xi esperjenza sabiħa fuq il-ministeru? Inkuraġġiek xi ħadd b’dak li qal jew għamel? Rajt xi ħaġa fin-natura li għoġbitek ħafna? Dawn huma kollha rigali mingħand Ġeħova. (Ġk 1:17) Mur ftit kmieni għal-laqgħa ħalli jkollok ċans titkellem m’oħrajn.

Kummenti: Ipprova kkummenta minn tal-inqas darba matul il-laqgħa. (Sa 26:12) Int tistaʼ twieġeb il-mistoqsija jew tikkummenta dwar xi punt ieħor. Fil-kumment tistaʼ ssemmi xi skrittura, l-istampi, jew kif nistgħu napplikaw il-punti f’ħajjitna. Minħabba li oħrajn x’aktarx li se jgħollu idhom ukoll, ipprepara iktar minn kumment wieħed. Jekk il-kummenti tagħna jkunu 30 sekonda jew inqas, se jkun hemm iktar aħwa li jfaħħru lil Alla.—Eb 13:15.

Għanjiet: Kanta l-għanjiet mill-qalb. (Sa 147:1) Jaf ma jirnexxilekx tikkummenta f’kull laqgħa speċjalment jekk il-kongregazzjoni tkun kbira, imma dejjem tistaʼ tkanta l-għanjiet. Anki jekk taħseb li ma tafx tkanta, meta tagħmel l-aħjar li tistaʼ, żgur li Ġeħova se jkun kuntent bik! (2Ko 8:12) Tistaʼ tipprepara billi tipprattika l-għanjiet id-dar.

Uri l-VIDJOW X’Ġara Tul l-Istorja—Ir-Rigal tal-Mużika, l-Ewwel Parti. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

Fil-passat, l-aħwa kif urew li l-kant biex ifaħħru lil Ġeħova hu importanti?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja Ġdida għall-Konvenzjoni tal-2024 u Talba