Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

1-7 t’April

SALM 23-25

1-7 t’April

Għanja 4 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. “Ġeħova Hu r-Ragħaj Tiegħi”

(10 min.)

Ġeħova jiggwidana (Sa 23:​1-3; w11 7/1 21 ¶3)

Ġeħova jipproteġina (Sa 23:4; w11 7/1 21 ¶4)

Ġeħova jagħtina l-ikel spiritwali (Sa 23:5; w11 7/1 21 ¶5)

Bħalma ragħaj bi mħabba jieħu ħsieb lin-nagħaġ tiegħu, Ġeħova jieħu ħsiebna.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Ġeħova kif ħa ħsiebi?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 23:3—X’inhi “t-triq it-tajba”, u x’se jgħinna nibqgħu fiha? (w11 2/15 24 ¶1-3)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Aqsam vers inkuraġġanti mill-Bibbja maʼ persuna li hi inkwetata dwar l-ambjent. (lmd lezzjoni 2 punt 5)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri kif isir studju tal-Bibbja maʼ xi ħadd li aċċetta l-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! (lmd lezzjoni 9 punt 3)

6. Agħmel Dixxipli

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 54

7. Għandna Nevitaw ‘Leħen li Ma Nagħrfux’

(15 min.) Diskussjoni.

In-nagħaġ jagħrfu leħen ir-ragħaj tagħhom u jmorru warajh. Imma meta jgħajtilhom xi ħadd u ma jagħrfux leħnu, huma jaħarbu minnu. (Ġw 10:5) B’mod simili, aħna nisimgħu leħen ir-Ragħajja spiritwali tagħna, Ġeħova u Ġesù, li jħobbuna u li nistgħu nafdawhom. (Sa 23:1; Ġw 10:11) Imma aħna ma rridux nisimgħu leħen dawk li jipprovaw idgħajfu l-fidi tagħna bi “kliem qarrieq.”—2Pt 2:​1, 3.

Ġenesi kapitlu tlieta jsemmi l-ewwel darba li nstemaʼ leħen qarrieq fuq l-art. Satana ma qalx lil Eva min kien u b’hekk daħaq biha. Billi taparsi kien il-ħabib tagħha, hu gideb dwar dak li qal Ġeħova u l-motivi tiegħu. B’dispjaċir, Eva semgħet dak li qalilha u b’hekk hi u l-familja tagħha kellhom iktar problemi.

Illum, Satana jipprova jdaħħlilna d-dubji dwar Ġeħova u l-organizzazzjoni tiegħu billi jxandar affarijiet negattivi, nofs veritajiet, u gideb. Meta nisimgħu leħen taʼ xi ħadd li ma nafux, aħna wkoll irridu naħarbu! Jekk minħabba l-kurżità nisimgħu anki xi ħaġa żgħira, se jkun taʼ periklu għalina. Satana kemm kellu juża kliem biex iqarraq b’Eva fil-konversazzjoni qasira li kellhom? (Ġen 3:​1, 4, 5) Imma x’se nagħmlu jekk xi ħadd li nafu, li jħobbna, u li għandu intenzjoni tajba jrid jgħidilna informazzjoni negattiva dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?

Uri l-VIDJOW Għandna Nevitaw ‘Leħen il-Barrani.’ Imbagħad staqsi lill-udjenza:

X’tgħallimt minn dak li għamlet Jade meta ommha, li mhix xhud, riedet tgħidilha informazzjoni negattiva dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 55 u Talba