Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

4-10 taʼ Marzu

SALM 16-17

4-10 taʼ Marzu

Għanja 111 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. “Kull Ħaġa Tajba f’Ħajti Ġejja Mingħandek, Ġeħova”

(10 min.)

Se nkunu ferħanin meta jkollna ħbieb li jaqdu lil Ġeħova (Sa 16:​2, 3; w18.12 23 ¶11)

Meta nkunu nafu li aħna ħbieb taʼ Ġeħova, se nkunu kuntenti (Sa 16:​5, 6; w14 2/15 29 ¶4)

Peress li Ġeħova jieħu ħsiebna, inħossuna protetti (Sa 16:​8, 9; w08 2/15 3 ¶2-3)

Bħal David, għandna skop f’ħajjitna għax l-iktar ħaġa importanti għalina hi li naqdu lil Ġeħova, il-Wieħed li jagħtina kull ħaġa tajba.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Ħajti kif inhi aħjar minn meta ma kontx fil-verità?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 17:8—Xi tfisser il-frażi “l-mimmi t’għajnejk”? (it-2 714)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(minuta) MINN DAR GĦAL DAR. Offri l-invit tat-Tifkira. (th studju 11)

5. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri l-invit tat-Tifkira. Wara li l-persuna turi interess, introduċi u ddiskuti l-vidjow Ftakar fil-Mewt taʼ Ġesù. (th studju 9)

6. Ibda Konversazzjoni

(2 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri l-invit tat-Tifkira. (th studju 2)

7. Agħmel Dixxipli

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 20

8. Kif Nistgħu Nippreparaw għat-Tifkira?

(15 min.) Diskussjoni.

Peress li rridu nobdu l-kmand taʼ Ġesù, il-Ħadd, 24 taʼ Marzu se nfakkru l-mewt taʼ Ġesù li kienet tinvolvi l-ikbar żewġ turijiet taʼ mħabba. (Lq 22:19; Ġw 3:16; 15:13) Kif nistgħu nippreparaw għal din l-okkażjoni speċjali?

  • Agħmel kemm tistaʼ matul il-kampanja biex tistieden lin-nies għat-taħdita speċjali u għat-Tifkira. Agħmel lista taʼ nies li tixtieq tistieden. Jekk xi ftit minnhom ma joqogħdux fit-territorju tiegħek, iċċekkja l-ħin u l-post tal-laqgħa fejn joqogħdu huma minn fuq jw.org

  • F’Marzu u f’April żid iktar fil-ministeru. Tistaʼ tagħmel pijunier awżiljarju taʼ 15 jew 30 siegħa?

  • Fit-18 taʼ Marzu ibda aqra dwar l-affarijiet importanti li ġraw matul l-aħħar ġimgħa taʼ Ġesù fuq l-art. Int tistaʼ tiddeċiedi kemm taqra f’ġurnata minn fuq “L-Iskeda għall-Qari tal-Bibbja għat-Tifkira tal-2024” f’paġni 6-7

  • Dakinhar tat-Tifkira ara l-programm speċjali tal-Qima taʼ Filgħodu fuq jw.org

  • Fit-Tifkira ilqaʼ lil dawk li ġew l-ewwel darba u lil dawk inattivi. Jekk wara jkollhom xi mistoqsijiet, kun lest li twiġibhom. Ftiehem maʼ dawk li attendew biex terġaʼ tiltaqaʼ magħhom u tgħinhom jitgħallmu iktar

  • Immedita fuq il-fidwa qabel u wara t-Tifkira

Uri l-VIDJOW Ftakar fil-Mewt taʼ Ġesù. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

Dan il-vidjow kif nistgħu nużawh waqt il-kampanja tat-Tifkira?

9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 73 u Talba