17-23 taʼ Marzu
PROVERBJI 5
Għanja 122 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Żomm ’il Bogħod mill-Immoralità Sesswali
(10 min.)
L-immoralità sesswali tistaʼ tkun taʼ tentazzjoni kbira (Pr 5:3; w00 7/15 29 ¶1)
L-immoralità sesswali ġġiegħlek tħossok imdejjaq u ddispjaċut (Pr 5:4, 5; w00 7/15 29 ¶2)
Żomm ’il bogħod mill-immoralità sesswali (Pr 5:8; w00 7/15 29 ¶5)
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Pr 5:9—L-immoralità sesswali kif twasslek biex titlef “ir-rispett t’oħrajn”? (w00 7/15 29 ¶7)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 5:1-23 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) F’POST PUBBLIKU. Stieden lil xi ħadd li mhux Kristjan għat-Tifkira u uża l-jw.org biex issib fejn se ssir it-Tifkira viċin tiegħu. (lmd lezzjoni 6 punt 4)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. L-aħħar darba li kellimt lill-persuna, hi aċċettat l-invit tat-Tifkira u wriet interess. (lmd lezzjoni 9 punt 5)
6. Agħmel Dixxipli
(5 min.) lff lezzjoni 16 xi ddiskutejna, x’tgħallimt, u pprova dan. Meta l-istudent jistaqsik jekk Ġesù kienx miżżewweġ, urih kif isib it-tweġiba. (lmd lezzjoni 11 punt 4)
Għanja 121
7. Aħseb X’Tistaʼ Tagħmel Biex Tibqaʼ Tferraħ lil Ġeħova Meta Tkun Qed Toħroġ maʼ Xi Ħadd
(15 min.) Diskussjoni.
Li żewġ persuni joħorġu flimkien ifisser li raġel u mara jqattgħu l-ħin flimkien u jgħidu dak li jħossu għal xulxin. Dan jistgħu jagħmluh meta jkunu maʼ grupp jew weħidhom u anki meta jitkellmu permezz tal-mobile jew bil-messaġġi. Jekk jiddeċiedu li ma jgħidu lil ħadd, iridu jiftakru li xorta qed joħorġu flimkien. Ftakar li meta tibda toħroġ maʼ xi ħadd mhux sempliċiment biex tieħu pjaċir, imma hu pass importanti qabel iż-żwieġ. X’jistaʼ jgħin lil dawk li qed joħorġu flimkien, sew jekk huma żgħar jew kbar fl-età, biex ma jagħmlu xejn ħażin?—Pr 22:3.
Uri l-VIDJOW Nippreparaw għaż-żwieġ—L-1 parti: Lest Biex Nibda Noħroġ maʼ Xi Ħadd?—Parti mill-vidjow. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Jekk persuna għadha mhix lesta biex tiżżewweġ, għala m’għandhiex tibda toħroġ maʼ xi ħadd? (Pr 13:12; Lq 14:28-30)
-
X’għoġbok mill-mod kif il-ġenituri għenu lit-tifla tagħhom?
Aqra Proverbji 28:26. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Koppja x’tistaʼ tagħmel biex tevita sitwazzjonijiet li jwasslu għall-immoralità sesswali?
-
Għala hu tajjeb li koppja jitkellmu minn qabel dwar sa fejn għandhom jaslu meta juru affezzjoni lejn xulxin, bħal meta jżommu id xulxin u jbusu lil xulxin?
Aqra Efesin 5:3, 4. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Koppja minn xiex iridu joqogħdu attenti meta jitkellmu fuq il-mobile jew online?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 24 ¶1-6