28 t’April–4 taʼ Mejju
PROVERBJI 11
Għanja 90 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Jekk M’Hemmx Bżonn, Tgħidhiex!
(10 min.)
Tgħidx xi ħaġa li biha tistaʼ tagħmel il-ħsara lil “ħaddieħor” (Pr 11:9; w02 5/15 26 ¶4)
Tgħidx xi ħaġa li ġġib il-firda (Pr 11:11; w02 5/15 27 ¶2-3)
Tgħidx affarijiet kunfidenzjali (Pr 11:12, 13; w02 5/15 27 ¶5)
AĦSEB FTIT: Il-kliem li qal Ġesù f’Luqa 6:45, kif jgħinna nevitaw kliem li jweġġaʼ?
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Pr 11:17—Għala hu tajjeb li nkunu qalbna tajba? ((g20.1 11, kaxxa)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 11:1-20 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Sib opportunità biex tgħid lill-persuna dwar xi ħaġa li tgħallimt dan l-aħħar fil-laqgħa. (lmd lezzjoni 2 punt 4)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Uri vidjow mill-kaxxa tal-għodda tat-tagħlim. (lmd lezzjoni 8 punt 3)
6. Agħmel Dixxipli
(4 min.) F’POST PUBBLIKU. Offri studju tal-Bibbja u uri kif isir. (lmd lezzjoni 10 punt 3)
Għanja 157
7. Tħallix Dak li Tgħid Jeqred il-Paċi
(15 min.) Diskussjoni.
Minħabba li aħna imperfetti, kultant se niżbaljaw b’dak li ngħidu. (Ġk 3:8) Però, jekk naħsbu fil-problemi li jistgħu jinqalgħu jekk ngħidu xi ħaġa ħażina, se jgħinna biex ma ngħidux kliem li wara jiddispjaċina li għednieh. Ejja naraw lista taʼ kliem li jistaʼ jġib il-firda fil-kongregazzjoni:
-
Ftaħir. Meta xi ħadd jibda jfaħħar lilu nnifsu. Kliem bħal dan jistaʼ jġib il-kompetizzjoni u l-għira.—Pr 27:2
-
Kliem li jqarraq. Dan mhux gideb biss imma anki meta persuna tgħawweġ il-verità apposta. Anki jekk ngħidu ftit kliem li mhux veru jistaʼ jġiegħel lil oħrajn jitilfu l-fiduċja fina u jagħmel il-ħsara r-reputazzjoni tagħna.—Ekk 10:1.
-
Kliem negattiv fuq oħrajn. Meta xi ħadd jgħid kliem bla sens, jgħid affarijiet li mhux vera, jew jikxef affarijiet privati dwar il-persuna. (1Ti 5:13) Dan iwassal għall-ġlied u l-firda
-
Kliem li jgħid xi ħadd meta jkun irrabjat. Dan jiġri meta l-persuna ma tikkontrollax kif tkun qed tħossha u tgħid kliem b’rabja fuq xi ħadd li jkun weġġagħha. (Ef 4:26) Dan jistaʼ jġib ħafna wġigħ.—Pr 29:22
Uri l-VIDJOW Neħħi Dak li Jeqred il-Paċi—Parti mill-Vidjow. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Kliemna jistaʼ faċilment jeqred il-paċi fil-kongregazzjoni. Dan x’jgħallimna?
Biex tara kif reġgħu għamlu paċi, ara l-vidjow ‘Fittex il-Paċi u Iġri Warajha.’
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 25 ¶14-21