Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

IT-TORRI TAL-GĦASSA

Mistoqsija: Taħseb li hu possibbli li dan il-kliem jitwettaq?

Skrittura: Ri 21:3, 4

Offerta: Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti kif Alla se jwettaq din il-wegħda u x’tistaʼ tfisser għalik.

IT-TORRI TAL-GĦASSA (l-aħħar paġna)

Mistoqsija: Jekk jogħġbok innota din il-mistoqsija. [Uri l-ewwel mistoqsija u x’jistgħu jkunu t-tweġibiet li jidhru fl-artiklu f’paġna 16.] Int x’taħseb?

Skrittura: Sa 83:18

Offerta: Dan l-artiklu jiddiskuti iktar x’tgħid il-Bibbja dwar l-isem t’Alla.

IL-BIBBJA X’TGĦALLEM?

Mistoqsija: Xi nies jaħsbu li Alla jikkontrolla d-dinja. Imma kont taf li l-Bibbja ma tgħallimx verament hekk?

Skrittura: 1Ġw 5:19

Offerta: Dan il-ktieb jagħti spjegazzjoni ċara taʼ x’tgħallem il-Bibbja verament fuq dan is-suġġett u fuq ħafna oħrajn.

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.