Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Modi kif tuża l-JW Library

Modi kif tuża l-JW Library

BIEX TISTUDJA:

  • Aqra l-Bibbja u l-iskrittura tal-jum

  • Aqra l-Yearbook, ir-rivisti, u pubblikazzjonijiet oħrajn. Uża l-bookmark

  • Ipprepara għal-laqgħat tal-kongregazzjoni u mmarka t-tweġibiet

  • Ara vidjows

FIL-LAQGĦAT:

  • Sib l-iskritturi li jirreferi għalihom il-kelliemi. Uża l-buttuna li turik fejn kont l-aħħar biex tmur lura fi skrittura li kont

  • Minflok ma ġġib għadd taʼ pubblikazzjonijiet stampati fil-laqgħa, uża l-apparat elettroniku tiegħek biex issegwi d-diversi partijiet u biex tkanta l-għanjiet. Il-JW Library fiha l-għanjiet ġodda li għadhom ma ġewx stampati fil-ktieb tal-għanjiet

FIL-MINISTERU:

  • Lil xi ħadd li juri interess urih xi ħaġa mill-JW Library, u mbagħad għinu jniżżel l-app u pubblikazzjonijiet fuq l-apparat elettroniku tiegħu stess

  • Uża l-buttuna fejn tfittex biex issib vers mill-Bibbja. Tistaʼ tikteb kelma jew frażi speċifika mill-vers biex issib skrittura

  • Uri vidjow. Jekk l-inkwilin għandu t-tfal, tistaʼ turi wieħed mill-vidjows Sir Ħabib taʼ Ġeħova. Jew tistaʼ turi l-vidjow Għala għandek tistudja l-Bibbja? biex dak li jkun jinteressa ruħu fi studju tal-Bibbja. Jekk xi ħadd jitkellem lingwa oħra, uri vidjow bil-lingwa tiegħu

  • Uri lil xi ħadd skrittura b’lingwa oħra minn traduzzjoni li tkun diġà niżżilt qabel. Mur fuq l-iskrittura, agħfas in-numru tal-vers, u mbagħad agħfas il-buttuna li tieħdok fuq it-traduzzjoni